L-Ave tal-Assunta
Kliem
Innu Popolari lil Santa Marija li jitkanta fil-Pellegrinaġġi u Festi tal-B.V. Marija.
Ninġabru ja nsara,
Infaħħru lil Marija,
Fuq l-anġli w il-ħlejjaq,
Fis-sema imgħollija.
Ave Marija…
Kif waslet siegħetha,
Li tħalli dan il-wied,
L-Appostli madwarha,
L-id t’Alla mexxiet.
Ave Marija…
Ix-xebba bint David,
Bħal ġilju magħluq,
Berkithom u raqdet,
‘mma l-mewt le ma idduq.
Ave Marija…
“Lill-Għaxqa ta’ qalbi,
Ħalluha tistrieħ,
Ward xerrdu f’qabarha,
Hi ħaqqha kull ġieħ”.
Ave Marija…
X’kant hu li jinstama’, Fuq qabar Marija?
Kant ħelu ta’ l-anġli,
Bil-ferħ imħennija.
Ave Marija…
U magħhom l-Appostli, Tifħirha jkantaw,
Ġieħ, qima lil Sidthom,
Flimkien bil-qalb taw. Ave Marija… Tlett ijiem
minn fomm dawna,
Il-kant ma qatax,
Jinfetaħ il-qabar –
Ħlief ward ma tarax.
Ave Marija…
“Min hi din li tielgħa,
Sabiħa bħax-xemx?
Ġmiel ieħor bħal tagħha,
Fuq l-art le ma hemmx”.
Ave Marija…
Ja ġilju bla tebgħa, Ja warda mistħija, Int tempju minn t’Alla, Sultana Marija!
Ave Marija…
Int leħnek semmajtna, Hawn lilek sejjaħt, Biex niġu ntuk qima, U ‘l qlubna ferraħt.
Ave Marija…
Uliedek bil-ħlewwa, Lil leħnek semgħuh, Għamartek ġew żaru, U ‘l Ismek faħħruh. Ave Marija…
L-E.T. Giov. M. Camilleri O.S.A., Isqof t’Għawdex, jagħti 40 indulġenza lil kull min bil-qalb jgħid jew ikanta dan l-innu lil Santa Marija fid-djoċesi tiegħu. [Digriet tat-8 ta’ Diċembru 1895]. L-istess indulġenza jikkonċediha għad-djoċesi ta’
Malta, l-E.T. Pietru Pace, Arċisqof ta’ Rodi u Isqof ta’ Malta. [Digriet tal-11 ta’ Jannar, 1896]
