Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 Lulju 2026 Victoria, Għawdex
Aħbarijiet
Aktar Aħbarijiet →
A · D · MDCCCLXIII Soċjetà Leone

Is-Soċjetà Leone.

Is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D.1863 hija organizzazzjoni mużikali volontarja bl-iskop li sservi ta’ skola ta’ mużika, tmexxi l-Banda Ċittadina Leone, tieħu ħsieb il-festi esterni ta’ Santa Marija, torganizza attivitajiet teatrali, teduka u tifforma lill-membri tagħha b’emfasi speċjali fuq iż-żgħażagħ u l-adoloxxenti.

Is-Soċjetà tikkonsisti f’diversi fergħat, iżda l-qalb tagħha hija l-banda. It-twaqqif tagħha jmur lura lejn l-1863 bħala l-ewwel banda Għawdxija, iffurmata minn żewġ baned – Tal-Binu (Ġorġ Tabone) u Ta’ Dirjanu (Dirjanu Lanzon). Maż-żmien, is-Soċjetà kibret u evolviet għal dik li nafuha llum b’diversi fergħat u sezzjonijiet ta’ għamla u natura diversa.

Iktar dwar is-Soċjetà →