Innu Marċ
Ferriħija Jdoqqu l-Qniepen
Kliem
Ferriħija jdoqqu l-qniepen Pjazez, toroq imżejnin
L-ogħla maqdes mimli, mfawwar
B’ħajr u talb minn fomm l-Għawdxin.
Ġewwa s-sema l-anġli jsellmu
Kollhom mgħaxxqa bit-tislima
Bint, Għarusa, Omm u Verġni
Xierqa lilek l-ikbar qima.
Bit-tislima, dal-ġens tagħha
Qima jagħti lil Marija
Hi li ‘l fuq, bir-ruħ u l-ġisem
Fis-smewwiet ġiet imgħollija.
Għax minn Alla ġejt magħżula
Biex tas-sema tkun sultana
B’hekk bil-ħerqa nitolbuha
Sabiex tbierek ‘l Għawdex tagħna.
O patruna tagħna w t’artna
Itfa’ fuqna il-ħarsa tiegħek
Aħna wliedek b’qima nwiegħdu
Li marbuta nibqgħu miegħek.
