Elezzjoni: Listi tal-Kandidati

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017 għalqu in-nomini għall-kandidi tal-elezzjoni tal-Kumit Ċentrali u tal-Kummissjoni Banda. Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anton […]

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017 għalqu in-nomini għall-kandidati tal-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali u tal-Kummissjoni Banda.

Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anton F. Attard bħala Chairman, flimkien ma’ Anna Attard u Mariella Sultana bħala membri, ikkonfermat in-nomini t’hawn taħt.

Kandidati Kumitat Ċentrali 2017-18

President

Dr Michael Caruana LL.D.

Segretarju

Thomas Bajada

Kaxxier

Joseph Abela (Ġużi)

Prokuratur tal-Festa

Roderick Cordina

Kordinatur tal-Banda

Anton Portelli

Direttur tal-Każin

Silvan Grima

Manager tat-Teatru

Gilbert Haber

Rappreżentant tal-Fergħat

Gordon Grech

Kandidati Kummissjoni Banda

Apap Colin

Apap Paul

Attard Josef

Azzopardi Anton

Borg Daniel

Gauci Joseph

Grech Alfred

Grech Edward

Portelli Aldo

Portelli Joseph

Thewma Jack

Hekk kif jistipola l-istatut, il-kandidati tal-Kumitat Ċentrali jkunu eletti b’50%+1 tal-voti validi, għajr il-kandidat għall-kariga tal-President, liema kandidat jiġi dikjarat elett jekk jġib żewġ terzi tal-voti. Fir-rigward tal-elezzjoni tal-Kummissjoni Banda, jiġu eletti dawk il-kandidati li jġibu 50%+1 tal-voti validi.

Bandisti, membri tal-Kumitat, kapijiet ta’ fergħat u presidenti u bandisti onorarji jistgħu jivvutaw f’din l-elezzjoni mifruxa fuq il-jumejn li ġejjin, hekk kif stipulat hawn taħt:

Illum, is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2017, bejn is-6pm u 8pm;

Il-Ħadd 17 ta’ Diċembru 2017, bejn 9am u 10.30am, u 5pm u 7pm.