Elezzjoni: Lista tal-Kandidati għall-Kumitat Ċentrali

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 għalqu in-nomini għall-kandidi tal-elezzjoni tal-Kumit Ċentrali 2018-2020. Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, flimkien […]

Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 għalqu in-nomini għall-kandidati tal-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali 2018-2020.

Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, flimkien ma’ Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri, ikkonfermat in-nomini t’hawn taħt.

Kandidati Kumitat Ċentrali 2018-2020

President

Dr Michael Caruana LL.D.

Segretarju

Thomas Bajada

Kaxxier

Joseph Portelli

Prokuratur tal-Festa

Joseph Cordina

Kordinatur tal-Banda

Anton Portelli

Direttur tal-Każin

Silvan Grima

Manager tat-Teatru

Gilbert Haber Rappreżentant tal-Fergħat vakanti

Hekk kif jistipola l-istatut, il-kandidati tal-Kumitat Ċentrali jkunu eletti b’50%+1 tal-voti validi, għajr il-kandidat għall-kariga tal-President, liema kandidat jiġi dikjarat elett jekk jġib żewġ terzi tal-voti.

Bandisti Effettivi, Bandisti u Presidenti Onorarji, Membri tal-Kumitat u Kapijiet tal-Fergħat jistgħu jivvutaw f’din l-elezzjoni mifruxa fuq jumejn, hekk kif stipulat hawn taħt:

Is-Sibt 17 ta’ Novembru 2018, bejn is-6pm u 8pm;
Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018, bejn 9am u 10.30am, u l-4pm u 6pm.