Innu Reliġjuż
Warda Sbejħa tar-Rebbiegħa
Kliem
Kewkba tiddi fis-smewwiet
F’sema safi ta’ gżiritna
Fuq din l-art ta’ tliet għoljiet
Lejk inħarsu meta jidlam
Għelm ta’ tama, għelm ta’ sliem
Għaliex inti l-omm ħanina
Ta’ ħajjitna bidu w tmiem
O Marija, tama kbira
Ta’ ħajja oħra mal-Mulej
Wassalna inti l-ġenna miegħek
Fi ħdan Ibnek il-Feddej.
Inti l-Omm tal-gżira tagħna
Xemx li tiddi lejl u nhar
Bewsa t’Alla fuq gżiritna
Sliem u barka ġo kull dar
Jekk xi darba t-triq nitilfu
Għax madwarna jaqa’ ċ-ċpar
‘Tina jdejk bħal Omm ħanina
U mexxina lejn id-dar
O Marija…
