Wara li saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali, l-Erbgħa 14 ta’ Novembru 2018 għalqu in-nomini għall-kandidati tal-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali 2018-2020.
Il-Kummissjoni Elettorali, komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, flimkien ma’ Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri, ikkonfermat in-nomini t’hawn taħt.
Kandidati Kumitat Ċentrali 2018-2020
President
Dr Michael Caruana LL.D.
Segretarju
Thomas Bajada
Kaxxier
Joseph Portelli
Prokuratur tal-Festa
Joseph Cordina
Kordinatur tal-Banda
Anton Portelli
Direttur tal-Każin
Silvan Grima
Manager tat-Teatru
Gilbert Haber Rappreżentant tal-Fergħat vakanti
Hekk kif jistipola l-istatut, il-kandidati tal-Kumitat Ċentrali jkunu eletti b’50%+1 tal-voti validi, għajr il-kandidat għall-kariga tal-President, liema kandidat jiġi dikjarat elett jekk jġib żewġ terzi tal-voti.
Bandisti Effettivi, Bandisti u Presidenti Onorarji, Membri tal-Kumitat u Kapijiet tal-Fergħat jistgħu jivvutaw f’din l-elezzjoni mifruxa fuq jumejn, hekk kif stipulat hawn taħt:
Is-Sibt 17 ta’ Novembru 2018, bejn is-6pm u 8pm;
Il-Ħadd 18 ta’ Novembru 2018, bejn 9am u 10.30am, u l-4pm u 6pm.

