Joseph Debrincat b’suċċessi mill-Albanija.

L-Assistent Surmast Joseph Debrinc jidderieġi kunċert sinfoniku fl-Albanija.  Fil-ġranet li għaddew, l-Assistent Surmast tal-Banda Leone Joseph Debrinc kien mistieden fl-Albanija sabiex jidderieġi kunċert sinfoniku bl-orkestra sinfonika […]

L-Assistent Surmast Joseph Debrincat jidderieġi kunċert sinfoniku fl-Albanija.

Fil-ġranet li għaddew, l-Assistent Surmast tal-Banda Leone Joseph Debrincat kien mistieden fl-Albanija sabiex jidderieġi kunċert sinfoniku bl-orkestra sinfonika

E Radio Televizionit Shqiptar

. Dan il-kunċert ġie ppreżentat nhar il-Ġimgħa 21 ta’ April 2017 fl-Universita tal-Arti ta’ Tirana, il-kapitali Albaniża.

Il-programm kien jinkludi l-poema sinfonika “

Ir-Rebbieħa

” tal-kompożitur Malti, il-Prof. Joseph Vella, il-

Concerto for Piano in A Minor (Op. 16)

ta’ Edward Grieg, interpretat mill-pjanista Silvana Skenderi, u s-Sinfonija numru 9 (

in E minor

), ta’ Antonin Dvorak.

Il-kunċert kellu coverage u promozzjoni tajba ħafna kemm fit-toroq tal-kapitali Albaniża kif ukoll fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali u nazzjonali li anki kellhom intervisti mas-surmast direttur Debrincat innifsu li kien ilu Tirana għall-provi mal-orkestra minn Ħadd il-Għid.

Is-Soċjeta Filarmonika Leone tifraħ u tikkumplimenta lil Josef Debrincat għal dan is-suċċess ieħor tiegħu fil-karriera mużikali tiegħu, tkompli tagħmmillu l-qalb u twiegħdu l-appoġġ sħiħ tagħha. Debrincat, li huwa bandist residenti mal-Banda Leone, kemm il-darba dderieġa lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali anki fit-Teatru tal-Opra Aurora f’kunċerti u serati produzzjoni tal- Classique Foundation li tagħha huwa fundatur u direttur artistiku.

Ritratt ta’ Paul Rapa